Lokali

Joseph Muscat baqa’ ma tgħallimx – Malta Today

Ir-reazzjoni tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat, għall-akkużi kontra l-eks Kap Eżekuttiv ta’ Infrastructure Malta Frederick Azzopardi, tikkonferma bil-qawwa kollha li Muscat għad irid jitgħallem il-lezzjonijiet tal-waqgħa tiegħu stess fl-2019.

Dawn kienu l-kummenti tal-Editorjal tal-Malta Today fil-ħarġa tal-Erbgħa…wara li Frederick Azzopardi affacja akkuzi dwar xogħlijiet illegali f’Wied Qirda f’Ħaż-Żebbuġ. Il-MaltaToday fakkret li dan kien ‘reat ambjentali’ u mingħajr ma dahlet fil-kwistjoni tar-responsabbiltà li kellu jġorr Azzopardi innifsu…il-gazzetta insistiet li ħadd mhu ‘l fuq mil-liġi. Joseph Muscat minn naha tieghu qed jargumenta li l-każ kollu kien xeneġġata – jew, kif qal hu, ‘ticking-the-box exercise’.

L-Editorjal tal-Malta Today jgħid li dan ir-raġunament tal-eks PM huwa ħażin għal diversi raġunijiet: l-aktar, għaliex jimplika li n-nies fl-awtorità m’għandhomx ikunu responsabbli lejn il-pubbliku għall-azzjonijiet tagħhom.

Il-Malta Today hija tal-fehema li l-azzjoni żgur kellha tkun aktar f’waqtha. U kieku l-pulizija ipproċediet immedjatament sentejn ilu, l-akkuża ma kinitx tiġi interpretata bħala waħda li saret biss fuq l-insistenza ta’ xi ħadd.