Ix-xahar id-dieħel tibda sena skolastika ġdida… u bosta ġenituri u studenti qed jisperaw li ma jerġgħux jgħaddu mill-istess sitwazzjoni li għaddew minnha s-sena li għaddiet.
Dan meta sena ilu, ftit jiem biss qabel mal-iskejjel reġgħu fetħu l-bibien tagħhom wara l-vaganzi tas-sajf…. ma kienx hemm għalliema tal-Primarja għal 80 klassi. U l-pjan tal-Gven għal din il-problema kien li jimla dawn il-postijiet vakanti billi jċaqlaq l-għalliema paripatetiċi u dawk kumplimentari.
Issa għaddiet sena ….u l-Ministeru tal-Edukazzjoni għandu Ministru ġdid.
Għalhekk wieħed jittama li dak li ġara matul is-sena akkademika li għaddiet, ma jerġax iseħħ. Bil-Ministru Clifton Grima jassigura li din is-sena se jkun hemm biżżejjed għalliema.
Il-Ministru Clifton Grima qal li din il-problema ta’ nuqqas ta’ għalliema ilha teżisti għal numru ta’ snin taħt il-Ministri tal-Edukazzjoni ta’ qablu…. filwaqt li reġa’ esfasizza li fis-sena skolastika li ġejja mhux se jkun hemm ripetizzjoni ta’ dak li seħħ fis-snin preċedenti.
Intant, il-President tal-Union tal-Għalliema Marco Bonnici spjega ma’ Net News li għalkemm għadu kmieni diġà huwa evidenti li għal sena oħra se jaffaċċjaw nuqqas ta’ għalliema fil-primarja kif ukoll ta’ ċerti suġġetti fl-iskejjel sekondarji.
//= $special ?>