Lokali Qorti

Spanjol jintlaqat minn karozza waqt li kien qed jaqsam it-triq

Żagħżugħ Spanjol sofra minn ġrieħi gravi hekk kif intlaqat minn karozza waqt li kien qed jaqsam it-triq f’San Pawl il-Baħar. L-inċident seħħ Ilbieraħ (It-Tlieta), għall-ħabta tas-sebgħa ta’ filgħaxija. L-inċident tat-traffiku seħħ fi Triq Dawret San Pawl, San Pawl il-Baħar.

Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li Spanjol ta’ 25 sena u residenti San Pawl il-Baħar intlaqat waqt li kien qed jaqsam it-triq fuq e-kick scooter minn Hyundai Getz misjuqa minn raġel ta’ 35 sena residenti Ħaż-Żabbar.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei għall-aktar assistenza medika, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.