Internazzjonali

Ukrajna: Ikomplu l-bumbardamenti tar-Russi fuq il-poplu

Talanqas ħmistax-il Ukreni tilfu ħajjithom waqt sensiela ta’ bumbardamenti mill-qawwiet Russi fuq ir-reġjun ċentrali ta’ Dnipropetrovsk – b’attakki oħra tar-Russi jħallu wkoll il-vittmi fir-reġjun ta’ Zaporizhzhia lejn in-nofsinar tal-pajjiż.

Il-Gvernatur ta’ Dnipropetrovsk qal li l-maġġoranza tal-maqtula kienu fil-belt ta’ Marhanets u li ċ-ċifra tal-mejtin mistennija titla maż-żmien.

Fi żviluppi oħra,  l-Istati Uniti se tipprovdi l-ekwivalenti ta’ 80 miljun ewro lill-Ukrajna biex tkun tista’ tneħħi l-land mines li qiegħdu s-suldati Russi fl-artijiet tagħha.

Dan waqt li s-Segretarju tad-Difiża Amerikan, Lloyd Austin, enfasizza l-impenn ‘kontinwu’ tal-Istati Uniti biex tappoġġja lill-Ukrajna, waqt li hu kien għaddej bi żjara fil-Latvja.