Internazzjonali

Ajruplani militari meqruda f’bażi Russa fil-Krimea

Immaġni tas-satellita juru li bażi militari Russa fil-Crimea sofriet ħsarat estensivi, b’diversi ajruplain tal-gwerra meqruda.

L-immaġni ħarġu wara li nstemgħu numru ta’ splużjonijiet f’din iz-zona aktar kmieni din il-ġimgħa.

Il-bażi ta’ Saky fin-naħa tal-punent tal-Crimea sfat fil-mira ta’ attaki li ħallew tal-anqas persuna mejta. L-attakki fiz-zona taħt maħkuma mir-Russi seħħew nhar it-Tlieta li għadda.

Sa issa l-Ukrajna għadha ma ħaditx responsabbiltà ta’ din l-offensiva, madankollu kollox jindika li dan kien attalk organizzat.

Ir-ritratti meħuda mis-satellita juru meded kbar ta’ art maħruqa.

Minkejja l-attakki, il-mitjar jidher li ma ntmesx iżda mat-tmien ajruplani tal-gwerra kienu meqruda.

Jidher li l-attakk fuq il-mitjar kien ikkonċentrat fuq iz-zona fejn kienu pparkjati l-ajruplani fil-miftuħ filwaqt li r-runway baqgħet intatta.

Tags