Internazzjonali

Biża’ ta’ aktar nirien hekk kif is-sħana tippersisti fir-Renju Unit

It-temperaturi għoljin li qed ikomplu jippersistu fir-Renju Unit qed joħolqu inkwiet dwar il-possibilità li jkomplu jintensifikaw u jinfirxu aktar nirien.

Ir-riskju li jseħħ dan filfatt issa tela’ għal livell eċċezzjonali – li huwa l-ogħla li jista’ jkun.

Dan meta l-gżejjer Brittaniċi jinsabu fuq allerta ta’ sħana qawwija għall-erbat ijiem li ġejjin.

Uffiċjal għoli mid-dipartiment tat-tifi tan-nar qal li fil-karriera tiegħu ta’ 32 sena f’dan id-dipartiment ma jiftakarx li qatt ra sajf bħal dan f’dawk li huma nirien riżultat tas-sħana kbira.

L-indiċi għoli fir-risjku ta’ nirien japplika għall-biċċa l-kbira tan-nofsinhar tal-Ingilterra u jibqa’ sejjer sa Wales.

Fil-jiem li ġejjin, it-temperaturi mistennija jitilgħu sa 36 grad Celsius – temperaturi straordinarji għal dawn iz-zoni anke f’nofs is-sajf.