Sport Sport Ieħor

Boċċi: Birkirkara jitilgħu fl-ewwel post tat-Tieni Diviżjoni

(Birkirkara)

Magħrufa l-Play Offs tat-Tielet Diviżjoni

Kampjonat tat-Tieni Diviżjoni:

Birkirkara jitilgħu fl-ewwel post tal-klassifika wara li t-tim tal-Birgu tilef barra minn daru kontra l-Floriana f’konfront mill-isbaħ bil-punteġġ ta’ 21-20. Birkirkara għelbu lit-tim ta’ Tarxien 21-10 biex telgħu fl-ewwel post tal-klassifika u kisbu is-16-il rebħa tal-istaġun. Floriana wettqu sorpriża meta għelbu lill-Birgu 21-20 ġewwa l-pitch tagħhom f’partita missielta sal-aħħar bil-Furjaniżi joħorġu rebbieħa u baqgħu jittamaw li jiksbu post ghall-play offs meta għandom ħdax-il punt. Bormla kisbu rebħa importanti meta ġewwa darhom għelbu liż-Żejtun 21-18 f’konfront sabiħ u li seta mar kull naħa bil-Bormliżi jitilgħu wehidhom fit-tielet post. Birżebbuġa, li qed jiġġieldu għal post mal-ewwel erba’ sofrew telfa kontra t-tim ta’ San Pawl il-Baħar bil-punteġġ ta’ 21-19 f’partita oħra missielta. Sta. Venera għelbu lit-tim ta’ Cospicua Rangers 21-9. Il-partita bejn Mosta u Sta. Lucia ma’ ntalbitx ħabba l-kundizzjoni tal-pitch.

KLASSIFIKALP
BIRKIRKARA1816
BIRGU1815
BORMLA1812
BIRŻEBBUĠA1811
FLORIANA1811
ŻEJTUN1810
TARXIEN188
COSPICUA R.186
SAN PAWL IL-BAĦAR186
STA. LUCIA185
STA. VENERA185
MOSTA181

Kampjonat tat-Tielet Diviżjoni:

Meta ġie fi tmiemu l-kampjonat tat-Tielet Diviżjoni Luqa spiċċaw fl-ewwel post tal-klassifika bi 17-il rebħa u issa jridu jilgħabu l-play off tagħhom kontra Qrendi filwaqt li Kalkara, li spiċċaw fit-tieni post b’16-il punt jilgħabu kontra t-tim tal-Fgura biex b’hekk inkunu nafu liema tliet timijiet se jiġu promossi għat-Tieni Diviżjoni.

Riżultati:

Luqa 21-13 Valletta SP

Qrendi 4-21 Kalkara

Fgura 21-5 Marsaskala

Ħamrun 21-13 Qormi SG

Pietà 21-2 San Ġwann

KLASSIFIKALP
LUQA1818
KALAKRA1816
FGURA1813
QRENDI1810
QORMI SĠ189
ĦAMRUN188
SAN ĠWANN187
VALLETTA SP185
PIETÀ184
MARSASKALA181