Coronavirus Lokali

COVID: jinżlu għal 625 il-każijiet attivi

Accept Analitiċi cookies to view the content.

Huma 49 il-persuni li ġew irreġistrati pożittivi għall-Covid 19 bejn l-Erbgħa u l-Ħamis.

Fl-istess 24 siegħa fiequ 120 persuna u allura n-numru ta’ każijiet magħrufa bħalissa huma 625 biex qed tkompli x-xejra tat-tnaqqis fin-numru ta’ persuni infettati fil-gżejjer Maltin.

Ma kienu rrappurtati ebda mwiet kawża tal-Covid fl-aħħar sigħat, bin-numru ta’ vittmi jibqa’ dak ta’ 797.