Lokali

Fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ madwar sular waqt li kien għaddej b’xi xogħol

Raġel barrani ta’ 32 sena jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu wara li waqa’ għoli ta’ madwar sular waqt li kien għaddej b’xi xogħol f’garaxx fi Triq San Lawrenz, il-Birgu għall-ħabta ta’ 11:45am.

Il-Pulizija marret fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li r-raġel weġġa’ wara li waqa’ madwar sular waqt li kien qed jaħdem.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Aktar tard huwa kien iċċertifikat li sofra ġrieħi serji.

Bil-Każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Monica Vella li ħatret inkjesta filwaqt li linvestigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.