Futbol Sport

Ħamrun Spartans jiktbu l-istorja u jagħmluha għall-play offs tal-Europa Conference League

(Ritratt: Carlo Ciscaldi - Ħamrun Spartans)

Rowen Camilleri

LEVSKI SOFIA…………………..1 (2)

ĦAMRUN SPARTANS…….2 (6)

Levski SofiaN. Mihaylov, J. Petris (P. Galchev 89’), N. Sunberg, J. Cordoba, Tsunami, A. Kraev, K. Van der Kaap (I. Popov 120’), F. Krastev, Ronaldo (I. Stefanov 89), B. Bari, Welton (M. Petkov 115’)

Ħamrun S.: H. Bonello, R. Camenzuli, R. Callegari, E. Marcelina, O. Bjelicic (V. Freitas 120’), J. Corbalan (L. Montebello 105’), B. Eder (J. Soares 85’), R. Prsa (M. Fedele 118’), M. Guillaumier, I. Nedelkjovic (E. Mashike 72’), R. Jonny (M. Sowe 72’)

Imwissija: J. Corbalan 2’, O. Bjelicic 2’, R. Callegari 88’, J. Soares 106’ (Ħ), Welton 103’ (L)

Skorjaw: M. Guillaumier 77’, 90+1 R. Camenzuli (Ħ), W. Tsunami 90’ (L)

Penalties: V. Freitas, L. Montebello, M. Guillaumier,Fedele (Ħ), M. Petkov,  (L)

Referee: István Kovács (Rumanija)

Assistenti Referees: Vasile Florin Marinescu u Ovidiu Artene (Rumanija)

F’partita mimlija emozzjonijiet kienu Ħamrun Spartans li storikament għamluha għall-play offs wara li bl-għoti tal-penalties eliminaw lill-Bulgari ta’ Levski Sofia. Ħamrun marru minn fuq fis-77 minuta minn Guillaumier biex mbgħad Levski skorjaw fid-90 minuta. Madankollu Ħamrun ma’ remgħux ix-xugaman u minuta wara skorjaw permezz ta’ xutt sabiħ minn Ryan Camenzuli biex b’hekk sforzaw il-ħin barrani. L-iskor baqa ndaqs u l-partita marret għall-penalties b’Ħamrun jirbħu b’Henry Bonello jilqa żewġ penalties u Ħamrun jiskorjaw erba’

Wara biss minuta Levski tilfu ċans tad-deheb meta wara inċertezza minn naħa ta’  Marcelina kien Ronaldo li ħarab u ġie wiċċ imb wiċċ ma’ Bonello iżda minflok ikkonkluda prova jqassam lejn in-nofs u b’fortuna għall-Ispartans il-ballun ma’ sab lil ħadd u kien imtajjar mid-difiża ta’ Ħamrun. Wara ħinijiet ta’ logħob tajjeb minn Ħamrun, fit-22 minuta għal ftit ma’ reġgħux kienu Levski li approfittaw minn żball fid-difiża meta Guillaumier irċieva pass qasir mingħand Bonello iżda n-numru sitta ta’ Ħamrun ma’ żamx il-ballun tajjeb u spiċċa għand Welton li prova x-xutt mix-xellug b’Henry Bonello jkollu jtajjar b’diffikultà. Fil-35 minuta Levski għal darb’oħra perikolużi meta kien Kraev li tefa’ ballun bir-ras lejn Tsunami li minn taħt Bonello bir-ras ra lill-goalkeeper Internazzjonali Malti jwettaq save brillanti qabel mad-difiża tajjret kull periklu. Fit-42 minuta wara azzjoni personali Juan Corbalan minn tarf il-kaxxa prova konklużżjoni iżda l-ballun għadda għoli. Sa tmiem l-ewwel 45 minuta l-iskor baqa’ ma’ nbidilx u ż-żewġ timijiet daħlu jistrieħu fi draw ta’ mingħajr goals.

It-tieni taqsima kienet il-maġġor parti tagħha nieqsa mill-azzjonijiet sakemm fis-77 minuta Ħamrun Spartans imorru fil-vantaġġ. Kien kross ta’ Ryan Camenzuli li sab lil MATTHEW GUILLAUMIER li l-ewwel tentattiv tiegħu ikun milqugħ parzjalment minn Mihajlov iżda l-ballun jerġa jiġi f’saqajn il-midfielder Ħamruniż li minn taħt il-lasta jitfa ġewwa fost il-ferħ tal-plejers, diriġenti u l-madwar mitt supporter ta’ Ħamrun fil-Bulgarija.  Eżatt mad-90minuta Levski kisbu l-goal tad-draw meta minn korner kien TSUNAMI li bir-ras tefa’ fix-xibka. Kollox deher mitmum għall-Ħamrun iżda minuta wara l-goal li sofrew l-Ispartans reġgħu marru minn fuq. Kienet ħarba ta’ Dodo li malli wasal mal-goalkeeper Mihaylov dan qassam lura lejn RYAN CAMENZULI li b’xutt b’saħħtu tefa l-ballun fir-rokna tax-xibka u Ħamrun lura fil-partita. Wara ħames minuti ta’ ħin miżjud il-partita kellha tmur għal ħin barrani.

Wara tliet minuti mill-bidu tal-ħin barrani Marcelina jgħati ballun fit-tul lejn Evis li wara li ħarab lid-difiża, l-plejer mill-Kongo kkonkluda għoli, b’din tkun l-unika azzjoni fl-ewwel taqsima tal-ħin barrani. Fil-108 minuta Bonello jkollu jdawwar f’korner il-free kick dirett ta’ Krastev. Minuta wara Ħamrun b’kontrattakk mis-sostitut Montebello li tefa’ ballun fil-kaxxa lejn Dodo li minn quddiem Mihaylov naqas milli jolqot il-ballun. Fl-aħħar azzjoni tal-partita s-sostitut Matteo Fedele għal Ħamrun jitfa’ kross insidjuż fil-kaxxa b’Matthew Guillaumier bi żbrixx ma’ jilħaqx il-ballun meta l-goalkeeper kien bla dubju megħlub. L-iskor ma’ nbidilx fil-ħin barrani u l-partita marret għall-għoti tal-penalties. Ħamrun ħarġu rebbieħa b’goals ta’ Freitas, Montebello, Guillaumier u Fedele filwaqt li Bonello salva żewġ penalties.

(Ritratt – Carlo Ciscaldi – Ħamrun Spartans)