Futbol Sport

Ħamrun Spartans jittamaw li jirrepetu dak li għamlu kontra Alashkert u jdawru r-riżultat favur tagħhom

(Ritratt: Gabriel Cassar - Ħamrun Spartans)

Ħamrun Spartans f’Sofia llejla se jipprovaw idawru żvantaġġ ta’ 1-0 wara li l-ġimgħa l-oħra fl-istadium Nazzjonali sofrew goal fl-aħħar sekondi tal-partita kontra Levski Sofia, goal li tappan il-wirja mill-aqwa li kellhom kontra tim kwotat ħafna aktar minnhom. Il-coach ta’ Ħamrun Branko Nisevic fil-konferenza tal-aħbarijiet qal li minkejja l-goal fl-aħħar sekondi f’Ta’ Qali it-tim jinsab motivat u preparat għal kull sitwazzjoni li jista jkun fiha matul il-kors tal-partita.

Minn naħa tiegħu Staminir Stoilov qal li jemmen li jekk it-tim ikun tajjeb fid-difiża kapaċi mbgħad jaslu sal-lasta avversarja. Huwa qal ukoll li t-tim għandu joħroġ bil-mentalità addattata u li jinsa r-riżultat tal-ewwel leg daqs li kieku qatt ma’ ntlagħbet.

Levski Sofia nhar il-Ħadd rebħu fil-Kampjonat kontra Pirin bl-iskor ta’ 1-0, rebħa li tagħtom daqxejn ta’ nifs wara bidu mhux daqsekk feliċi fil-Kampjonat.

Illejla Ħamrun se jkunu qed jaffaċjaw sitwazzjoni li diġa kienu fiha kontra Alashkert meta fl-ewwel leg kienu tilfu 1-0 biex mbgħad dawru r-riżultat u rebħu 4-1 fit-tieni leg.

(Ritratt: Gabriel Cassar – Ħamrun Spartans)