Futbol Sport

”Huwa importanti li nibqgħu ffokati u nuru personalità” – Andrea Pisanu

Illejla Hibernians fis-Centenary Stadium se jkunu qedjospitaw lil RFS tal-Latvja fit-tieni leg tat-Tielet Rawnd ta’ Kwalifikazzjoni tal-Europa Conference League wara li fl-ewwel leg barra minn darhom spiċċaw fi draw ta’ 1-1. Hibernians kienu spiċċaw b’għaxra minn nies meta tkeċċilhom Thaylor fis-27 minuta iżda fid-39 minuta xorta waħda rnexxielhom isibu x-xibka pemezz ta’ Dunstan Vella. Sfortunatament fil-85 minuta it-tim immexxi minn Andrea Pisanu sofra goal li ċaħħadhom minn rebħa fil-Latvja.

Fil-konferenza tal-aħbarijiet li saret ilbieraħ fis-Centenary Hall Andrea Pisanu qal li li huwa importanti ħafna li t-tim ikun iffokat mill-ewwel minuta u lest li jiġġieled għal kull ballun filwaqt li l-plejers juru personalità.

Minn naħa tiegħu il-captain Bjorn Kristensen qal li filwaqt li hija opportunità sabiħa għat-tim li jilgħab f’dan il-livell, kulħadd irid jibqa kkonċentrat mill-bidu sal-aħħar sabiex jintlaħaq l-għan tal-klabb li javvanza għal rawnd ieħor ta’ din il-kompetizzjoni.