Lokali

Issofri ġrieħi gravi wara li quadbike baqa’ dieħel f’ħajt fil-Munxar

Passiġġiera fuq quadbike qed issofri minn ġrieħi gravi wara li s-sewwieq tal-istess mutur tilef il-kontroll u baqa’ dieħel f’ħajt fil-Munxar, Għawdex għall-ħabta tas-1pm.

L-ewwel investigazzjonijiet juru li raġel mill-Portugal ta’ 29 sena li kien qed isuq quadbike, tat-tip Access, tilef il-kontroll u kellu mpatt ma’ ħajt. Fuq il-quadbike kien hemm ukoll mara ta’ 32 sena mill-Portugal.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għall-aktar kura, fejn ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.