Lokali

Niġerjan deportat minn Malta akkużat bil-qtil ta’ Ċiniż fl-Italja

Il-media Taljana qed tirrapporta bi prominenza l-istorja ta’ Robert Omo li jinsab akkużat bil-qtil ta’ Ċiniż ix-xahar li għadda.

Omo, Niġerjan ta’ 24 sena, jinsab mixli li fit-30 ta’ Lulju li għadda qatel liċ-Ċiniż ta’ 54 sena u darab gravi Bulgaru ta’ 49 sena. Dwaru kienu ilhom xhur isiru rapporti, u anke l-Caritas Italia provat ittih assistenza.

F’Settembru ta’ sentejn ilu, Omo kien akkużat li daħal f’razzett f’Għawdex u prova jkollu x’jaqsam ma’ debba.

Il-midja Taljana rrapportat li malli n-Niġerjan skonta l-piena f’Malta huwa ġie ddeportat lejn l-Italja. Dan fuq ordni tal-Qorti Maltija.