Coronavirus Lokali Saħħa

44 każ ġdid tal-Covid-19, jonqsu l-każijiet attivi

Fl-aħħar 24 siegħa, instabu 44 każ ġdid ta’ Covid-19, filwaqt li fiequ 99 persuna oħra. In-numru ta’ każijiet attivi issa huwa dak ta’ 570.

Bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa l-ebda persuna ma mietet waqt li kienet pożittiva għall-Covid-19. B’hekk in-numru ta’ vittmi baqa’ dak ta’ 797.

Fl-aħħar ħames ġranet kellna 225 każ ġdid u tilfu ħajjithom 2 persuni.