Sport Sport Ieħor

Diversi atleti Maltin fil-Kampjonati Ewropej tal-Għawm tal-LEN f’Ruma

Malta se tkun irappreżentata fil-Kampjonati Ewropej Akwatiċi LEN, li se jsiru f’Ruma din il-ġimgħa.

L-Għawwiema Maltin Dylan Cachia, Matthew Galea, Amy Micallef, Rudi Spiteri, Raoul Stafrace u Thomas Wareing se jkunu qed jikkompetu f’total ta’ 17-il avveniment kif ukoll fil-kompetizzjoni tal-4x100m tal-irġiel freestyle. Huma ser jibdew l-impenji tagħhom nhar il-Ħamis 11 ta’ Awwissu u jispiċċaw fis-17 ta’ Awwissu.

L-għawwiema huma akkumpanjati mill-Kowċ Nazzjonali tal-Għawm Delon Dannhauser u t-tim Physio Jed El Saghir.

Intant, id-Duo Nazzjonali tal-Għawm Artistiku Thea Blake u Ana Culic, se jkunu qed jikkompetu fil-Kampjonati Ewropej tal-Għawm Artistiku li se jsiru wkoll f’Ruma bejn il-11 u l-15 ta’ Awwissu. L-atleti jinsabu taħt il-gwida tal-Kowċ Nazzjonali Michelle Hyubner u t-Team Manager Hannah Preca Trapani.

L-Għawwiema Artistiċi se jkunu qed jieħdu sehem fl-avvenimenti li ġejjin: –

Ħamis 11 ta’ Awwissu – 09:30 Solo Free Preliminari (Bidu Nru 5 minn 22) – Ana Culic

Ġimgħa 12 taAwwissu – 15:00 Solo Tech Final (Bidu Nru 7 minn 21) – Ana Culic

Tnejn 15 Awwissu – 09:30 Duet Tech Final (Bidu Nru 7 minn 19) – Thea Blake u Ana Culic