Lokali Sport

Il-Ħamruniżi jiċċelebraw kwalifikazzjoni storika

Kmieni l-Ġimgħa filgħodu, it-toroq tal-Ħamrun kienu għadhom kważi kompletament vojta wara lejl twil ta’ ċelebrazzjonijiet li huwa ferħ mistħoqq għall-Ħamruniżi illi raw it-tim tagħhom tal-futbol jikteb paġna storika, bi kwalifikazzjoni għall-playoffs ta’ kompetizzjoni Ewropea.

Ħamrun Spartans sar l-ewwel tim Malti li kwalifika għall-play-offs ta’ kompetizzjoni Ewropea, u issa jinsab biss pass bogħod mill-fażi tal-Gruppi tal-Europa Conference League. Bl-aħħar ostaklu għall-iSpartans se jkun it-tim is-Serb ta’ Partizan.