Is-seba’ bliet li fihom potenzjalment jista’ jsir il-Eurovision Song Contest tas-sena d-dieħla huma Birmingham, Glasgow, Leeds, Liverpool, Manchester, Newcastle u Sheffield.
Kien hemm bosta kriterji li wasslu biex jintgħażlu dawn il-bliet fosthom li jkollhom post li jista’ jospita mill-inqas 10,000 ruħ u aċċess għal ajruport internazzjonali.
Filwaqt li d-deċiżjoni finali dwar liem belt se tospita l-Eurovision tas-sena d-dieħla se tkun dik tal-BBC u tal-European Broadcasting Union, il-Gvern Ingliż jista’ wkoll ikun ikkonsultat dwar din id-deċiżjoni.
//= $special ?>