Futbol Sport

L-avversarji li jmiss ta’ Ħamrun Spartans, FK Partizan ikeċċu lill-kowċ Ilija Stolica

Wara l-eliminazzjoni mill-Europa League, FK Partizan, li issa se jiltaqgħu kontra Ħamrun Spartans nhar il-Ħamis fil-play offs tal-Europa Conference League, keċċew lil kowċ Ilija Stolica. Stolica ilu fil-kariga xahrejn biss wara li ħa post Aleksandar Stanojević.

Minbarra l-eliminazzjoni fl-Europa League, FK Partizan kellhom bidu mhux daqstant faċli fis-Super Liga Serb hekk kif wara erba’ partiti jinsabu fid-disa’ post b’5 punti biss.

Ħamrun Spartans jilgħabu l-ewwel leg kontra FK Partizan barra minn darhom nhar il-Ħamis fi Stadion Partizana.