Lokali Qorti

L-HSBC ordnat li jħallas 3 snin paga għall-tkeċċija inġusta

It-Tribunal Industrijali ordna lill-Bank HSBC Malta biex iħallas 3 snin paga lil eks impjegat li tkeċċa b’mod inġust.

Fis-sena 2013, David Magro – l-eks impjegat tal-HSBC – għamel ftehim mal-Bank fejn huwa ħareġ fuq ‘career break’ għal sena. Dan il-ftehim kien estiż diversi drabi sakemm il-Bank ordnalu jirritorna għax-xogħol fl-aħħar ta’ Marzu tal-2018 iżda f’ittra miktuba mill-eks Kap Eżekuttiv tal-HSBC, Magro kien mgħarraf li tkeċċa fl-1 ta’ April tal-istess sena.

Il-Bank iddefenda lilu nnifsu hekk kif qal li kien hemm ftehim li l-aħħar estensjoni kellha tkun sal-aħħar ta’ Marzu tal-2018. It-Tribunal kkonkluda li Magro kellu dritt iressaq dan l-ilment meta l-Bank irrifjuta estensjoni tal-ftehim. Din il-kawża nstemgħet quddiem it-Tribunal Industrijali mmexxija miċ-Chairman Geoffrey Vella.

Magro kien rappreżentat mill-avukati Mark Muscat u Chris Cilia filwaqt li l-Avukat Christine Calleja rrapreżentat lill-HSBC.