Lokali Qorti

Raġel mill-Venezwela jinżamm arrestat wara li nqabad b’350 gramma kokaina

Raġel ta’ 33 sena mill-Venezwela nżamm arrestat wara li ġie mixli li nqabad bi 350 gramma kokaina fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, Juan Galindo ġie mixli b’importazzjoni, pussess u traffikar ta’ droga kokaina. Huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi, iżda ma saritx talba għall-ħelsien mill-arrest.

Min-naħa tagħha, il-Qorti laqgħet it-talba għall-iffriżar tal-assi.