Lokali Transport Turiżmu

AIRMALTA: Il-Kamra tal-Kummerċ twissi lill-Gvern biex jaqta’ darba għal dejjem l-extravaganza fin-nefqa

L-AirMalta tibqa’ strateġikament importanti għal pajjiżna.

Dikjarazzjoni ċara mill-Kamra tal-Kummerċ fl-istess ġimgħa li fiha falla id-deal oriġinali tal-Gvern mal-ħaddiema tal-AirMalta, fl-istess ġimgħa li fiha sar ftehim ġdid mal-GWU, u fl-istess ġimgħa meta ħarġu rapporti li l-Gvern se jispiċċa jagħlaq l-AirMalta – bil-Prim Ministru fl-ebda ħin ma jiċħad din l-aħbar.

Dwar il-ftehim il-ġdid li intlaħaq bejn il-Ministru Clyde Caruana u l-GWU, iċ-Chamber fakkret li dawn huma flus il-poplu. U li l-Gvern irid jieqaf darba għal dejjem minn nefqiet extravaganti.

Il-Kamra tal-Kummerċ qed twissi li dan il-mudell ta’ nefqiet bl-addoċċ għadu qed jitħaddem f’entitajiet oħra governattivi, u għalhekk għandu jieqaf immedjatament l-indħil politiku f’dawn l-istess entitajiet sabiex jitħaddmu strateġiji li jkunu kredibbli.