Lokali

Anzjan iweġġa’ gravi wara li tilef il-kontroll tal-karozza u baqa’ dieħel f’karozza oħra

Anzjan ta’ 76 sena weġġa’ gravi wara li tilef il-kontroll tal-karozza li kien qiegħed isuq u baqa’ dieħel f’karozza oħra l-bieraħ għall-ħabta tal-10:15 ta’ filgħaxija, fi Triq il-Wied tal-Imsida.

L-ewwel investigazzjonijiet juru li l-anzjan ta’ 76 sena residenti Santa Venera ħabat ma’ karozza misjuqa minn raġel ta’ 34 sena residenti San Pawl il-Baħar. Konsegwenza tal-impatt, dawn iż-żewġ karozzi ħabtu ma’ tliet vetturi li kienu pparkjati.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna lill-anzjan u ttieħed b’ambulanza l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura, fejn aktar tard kien iċċertifikat li sofra ġrieħi gravi. Is-sewwieq ta’ 34 sena ma weġġax.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.