Futbol Sport

Illum jintlagħbu l-ewwel partiti tal-istaġun fis-Serie A

Illum jinżel is-siparju fuq l-istaġun 2022/23 fis-Serie A fl-Italja. Diversi timijiet li mistennija jkunu protagonisti matul dan l-istaġun fosthom iċ-champions Milan li mistennija jiddefendu t-titlu mirbuħ minnhom f’Mejju li għadda, bl-ewwel partita tkun kontra Udinese f’San Siro. Inter u Juventus mistennija wkoll ikunu fost il-favoriti għar-rebħ tal-Iscudetto, b’Inter jaraw ir-ritorn ta’ Romelu Lukaku filwaqt li Juventus jirritorna għalihom Paul Pogba, minkejja li bħalissa jinsab imweġġgħa.

Tim li mistenni ikun wieħed mill-isfidanti għall-postijiet ta’ fuq huwa Roma, li wara suq ta’ akkwisti ta’ suċċess, b’inklużjonijiet fosthom ta’ Nemanja Matic, Paolo Dybala, Gini Wijnadlum, flimkien mal-plejers Tammy Abraham, Nicolo Zaniolo u Lorenzo Pellegrini, taħt it-tmexxija ta’ Jose Mourinho.

SERIE A

Illum: Sampdoria v Atalanta 6.30pm, Milan v Udinese 6.30pm, Monza v Torino 8.45pm, Lecce v Inter 8.45pm Għada Fiorentina v Cremonese 6.30pm, Lazio v Bologna 6.30pm, Spezia v Empoli 8.45pm, Salernitana v Roma 8.45pm It-Tnejn Verona v Napoli 6.30pm, Juventus v Sassuolo 8.45pm