Malta se tkun irrappreżentata minn żewġ atleti fil-European Athletics Championiships li se jsiru fi Munich matul il-ġimgħa d-dieħla. Fl-aħħar xhur l-atleti Maltin kisbu diversi suċċessi b’wirjiet mill-aqwa fil-World Championships, fil-Logħob tal-Commowealth, fil-Logħob tal-Mediterran kif ukoll f’diversi avvenimenti oħra taż-żgħażagħ.
Fi Munich, Malta se tkun irrapreżentata mill-isprinter Janet Richard kif ukoll minn Claire Azzopardi, li se tikkompeti fil-long jump. Iż-żewġ atleti kisbu midalji tad-deheb fil-Kampjonati tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa li saru f’Malta, kif ukoll kellhom wirjiet mill-aqwa fil-Logħob tal-Commonwealth, fejn kienu parti mit-tim tar-relay tan-nisa li kiser ir-rekord nazzjonali.
Richard se tkun qed tikkompeti nhar t-Tnejn 15 ta’ Awwissu fis-7.35pm filwaqt li Azzopardi se tikkompeti it-Tlieta 16 ta’ Awwissu fl-9.50am.
Intant Atheltics Malta se tkun irrappreżentata wkoll fil-Young Leader Forum minn Greg Scerri kif ukoll Luke Scerri, żewġ uffiċjali li huma strumentali għall-organizzazzjoni tal-avvenimenti tal-atletika f’pajjiżna. Fil-Young Leaders Forum mistennija jkunu diskussi diversi temi fosthom il-governanza tajba, l-organizzazzjoni tal-attivitajiet, is-sostenibilta’ kif ukoll crisis management.
//= $special ?>