Lokali

Jesmond se jibqa’ mfakkar bħala bniedem ta’ qalb kbira u dejjem bit-tbissima

L-aħħar tislima lit-Triccas fiż-Żurrieq

Bosta qraba u ħbieb, nies tat-teatru u oħrajn mix-xena mużikali nġabru is-Sibt filgħodu fil-Knisja Arċipretali ta’ Santa Katerina fiż-Żurrieq fejn inghatat l-aħħar tislima lil attur, kantant u mużiċist, Jesmond Tedesco Triccas, illi miet fl-età ta’ 59 sena.

RITRATT MARTIN AGIUS

Matul l-omelija tiegħu, l-Arċipriet Dun Karm Mercieca sostna li “it-Triccas” ċertament li se jibqa’ ħaj fil-memorji li kull wieħed u waħda minnha se jkun qed jibqa’ jgħożż.

RITRATT MARTIN AGIUS

Huwa ddeskrivih bħala bniedem b’qalb kbira, dejjem bi tbissima fuq wiċċu u lest sabiex iferraħ lill-ħaddieħor bid-daqq tal-kitarra.

Dun Karm Mercieca sostna li t-Triccas dejjem kien iżomm lill-familja bħala l-prijorità tiegħu u kien bniedem ta’ lealtà u rispett kbir.

Bosta kienu dawk li fl-aħħar jiem sellmu l-memorja ta’ Jesmond, fost oħrajn il-President tal-Parlament Ewropew u n-neputija tiegħu, Roberta Metsola – li iddeskrivitu bħala ‘Superstar Uncle’ li permezz tal-arti kien iġiegħel lis-soċjetà taħseb…u tħares ħarsa madwarha. Matul is-snin, it-Triccas ikkontribwixxa wkoll f’diversi produzzjonijiet ta’ Net Television, bħal drama u programmi mill-istudius.

RITRATT MARTIN AGIUS