Fl-Istati Uniti… tasal il-konferma li aġenti tal-FBI sabu files immarkati Top Secret waqt raid li saret fiil-villa tal-eks President Amerikan Donald Trump fi Florida.
L-aġenti ġabru 11-il sett ta’ dokumenti – uħud minnhom immarkati TS/SCI li tfisser Top Secret/Sensittive Compartmented Information.
Is-sejba ta’ dawn id-dokumenti għand Trump tista’ tfisser ksur gravi tas-sigurtà nazzjonali tal-Istati Uniti.
Minn naħa tiegħu l-eks president qed jibqa’ jinsisti li hu ma kiser l-ebda liġi u li d-dokumenti li nstabu għandu fir-residenza f’Mar A Lago kienu diġà ġew diklassifikati.
Kien Trump inniffsu li meta kien għadu fil-White House kien għolla l-piena għal min jinqabad f’pussess ta’ dokumenti sensittivi. Dan ir-reat issa hu punibbl b’piena ta’ sa massimu ta’ ħames snin priġunerija.
//= $special ?>