Internazzjonali

M’hemmx iktar tama għall-attriċi Amerikana Anne Heche

Se jkunu qed jintfew il-magni fil-ġranet jew ġimgħat li ġejjin

L-attriċi Amerikana Anne Heche ġiet iddikjarata bħala legalment mejta iżda se tkun qed tinżamm ħajja fuq il-magni biex l-organi tagħha jingħataw b’donazzjoni.

L-attriċi ta’ 53 sena kienet ilha f’koma għal din l-aħħar ġimgħa wara li tilfet il-kontroll tal-karozza u baqgħet dieħla f’dar f’Los Angeles. Heche sofriet minn ħruq f’ġisimha filwaqt li kellha brain injury sever. Minkejja l-isforzi kollha, Heche qatt ma rnexxilha toħroġ mill-koma.

Anne Heche tibqa’ magħrufa għas-sehem tagħha fil-films Volcano, Donnie Brasco u l-film li nħadem mill-ġdid fl-1998, Psycho.