Milan bdew l-istaġun 2022/23 kif ħallew l-istaġun li għadda b’rebħa ta’ 4-2 fuq Udinese. Kienu Udinese li marru fil-vanataġġ fit-tieni minuta meta minn corner ta’ Gerard Deulofeu kien Rodrigo Becao li bir-ras xeħet fix-xibka għal 1-0. Milan kisbu d-draw għaxar minuti wara meta ir-referee ordna penalty għal foul ta’ Brandon Soppy fuq Davide Calabria. Mill-ħdax-il metru kien Theo Hernandez li xeħet wara Marco Silvestri għal 1-1.
Milan fil-vantaġġ tliet minuti wara meta minn cross ta’ Davide Calabria kien Ante Rebic li kkonkluda fix-xibka għal 2-1. Udinese kisbu d-draw fil-ħin mogħti żejjed tal-ewwel taqsima meta min ncross ta’ Roberto Pereyra kien Adam Masina li bir-ras xeħet fix-xibka għal 2-2. Madanakollu mal-ftuħ tat-tieni taqsima Milan skorjaw it-tielet gowl meta Brahim Diaz approfitta minn żball fid-difiża ta’ Udinese u kkonkluda fix-xibka. Ir-raba’ gowl ta’ Milan wasal fit-68 minuta meta Diaz din id-darba żmarka lil Ante Rebic li għalaq il-partita għal Milan.
Inter bdew l-istaġun tagħhom b’rebħa ta’ 2-1 barra minn darhom għand Lecce. Kienu Inter li marru fil-vantaġġ wara biss żewġ minuti meta minn pass ta’ Matteo Darmian kien Romelu Lukaku, li fir-ritorn tiegħu mal-club xeħet fix-xibka għal 1-0. Madanakollu, mal-ftuħ tat-tieni taqsima Lecce kisbu d-draw meta Di Francesco żmarka lil Assan Ceesay li kkonkluda fix-xibka għal 1-1. Iżda fl-aħħar sekondi kien Denzel Dumphries li xeħet fix-xibka għal 2-1.
SERIE A
Illum: Sampdoria v Atalanta 0-2, Milan v Udinese 4-2, Monza v Torino 1-2, Lecce v Inter 1-2 Għada Fiorentina v Cremonese 6.30pm, Lazio v Bologna 6.30pm, Spezia v Empoli 8.45pm, Salernitana v Roma 8.45pm It-Tnejn Verona v Napoli 6.30pm, Juventus v Sassuolo 8.45pm
//= $special ?>