Dalgħodu, il-Moviment Graffitti wettaq protesta oħra fuq il-gżira ta’ Kemmuna wara li l-Gvern ma żammx mal-wegħdi li għamel.
Fuq Kemmuna, għalkemm m’għadx hemm deckchairs fuq il-bajja, l-operaturi xorta għadhom qed joħorġu d-deckchairs qabel jaslu t-turisti, kemm fuq il-moll, kif ukoll f’żoni oħra bir-ramel.
Dan apparti l-fdalijiet tal-cocktails tal-pineapples li jitħallew mill-jiem ta’ qabel. Dawn issibhom madwar il-gżira kollha, u ssib ukoll tazzi tal-plastik u żibel ieħor.
L-attivisti qed jilmentaw ukoll fuq il-fatt li minn kmieni filgħodu jibdew jaslu d-dgħajjes il-kbar li jħallu mijiet ta’ turisti fuq il-gżira. Il-Moviment Graffitti qiegħed jitlob li dawn id-dgħajjes kbar jiġu projbiti minn Kemmuna.
//= $special ?>