Lokali

Tingħata l-aħħar tislima lil Karl Muscat

Dalgħodu ngħata l-aħħar tislima l-avukat Karl Muscat.

Hu kien deskritt bħala persuna maħbuba minn kulħadd u li dejjem ra kif jgħin lil dawk ta’ madwaru.

Preżenti għall-funeral kien hemm il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech u numru ta’ Membri Parlamentari u membri tal-Kunsill Lokali tar-Rabat.

Karl Muscat kien avukat prosekutur fl-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. Hu kellu 43 sena.

L-Avukat Karl Muscat insatab mejjet fid-dar tiegħu stess fi Triq is-Sirk fis-Swieqi wara li kienu l-qraba tiegħu stess li ċemplu l-Pulizija, u nfurmawhom bis-sejba tal-katavru f’din ir-residenza.

Karl Muscat kien kunsillier tal-Partit Nazzjonalista fir-Rabat, u hu t-tifel tal-eks Ministru Nazzjonalista Pierre Muscat.

Ritratti: Matthew Tabone