Futbol Sport

Tispikka il-partita bejn Chelsea u Tottenham fit-tieni ġurnata tal-Premier Leauge

Fit-tieni ġurnata mill-Premier League tispikka l-partita bejn Chelsea u Tottenham. Antonio Conte se jkun qed jaffronta lill-eks tim tiegħu b’Tottenham jidhru li se jkunu fost it-timijiet ewlenin fil-kampjonat dan l-istaġun. Min-naħa l-oħra Chelsea, minkejja l-akkwisti li għamlu, jidher li xorta waħda għandhom bżonn aktar akkwisti biex ilaħħqu ma’ Man City u Liverpool.

Intant, Man City jospitaw lil Bournemouth filwaqt li Liverpool jiltaqgħu kontra Crystal Palace. Min-naħa l-oħra it-tim immexxi minn Mikel Arteta, Arsenal, se jaffrontaw lil Leicester fl-Emirates Stadium.

PREMIER LEAGUE
Illum
: Aston Villa v Everton 1.30pm, Southampton v Leeds 4.00pm, Arsenal v Leicester 4.00pm, Brighton v Newcastle 4.00pm, Man City v Bournemouth 4.00pm, Wolves v Fulham 4.00pm, Brentford v Man Utd 6.30pm Għada Nott. Forest v West Ham 3.00pm, Chelsea v Tottenham 5.30pm, Liverpool v C’Palace 9.00pm