Għawdex Lokali

Appell biex jinstab dan ir-raġel

Numru ta’ persuni li joqogħdu r-Rabat Għawdex qed jitolbu l-għajnuna tal-pubbliku sabiex jinstab raġel li matul il-lejl bejn il-Ġimgħa u s-Sibt seraq min-numru ta’ vetturi fl-istess lokalità.

Apparti dawn is-serqiet, huwa saq trakk li kien ipparkjat fit-triq u baqa’ dieħel f’dar fl-istess triq u wara ħarab minn fuq il-post. Ir-raġel deher f’filmati tal-kameras tas-sigurtà li hemm fil-viċinanzi.

Filwaqt li wieħed mir-residenti għamel rapport fl-għassa tal-Pulizija dwar dan l-inċident… s’issa r-raġel għadu ma nstabx u għalhekk qed jappella lill-pubbliku biex kull min għandu informazzjoni dwaru, ikellem lill-Pulizija.

Dan l-aħħar inċident ikompli jżid ma’ numru ta’ inidenti oħra li qed ikunu rapurtatni f’numru ta’ bliet u l-irħula f’Malta u Għawdex… inċidenti li qed ikomplu jitfgħu dawl fuq it-tħassib ta’ bosta residenti li mhux qed iħossuhom siguri fit-toroq fejn jgħixu.