Sport Sport Ieħor

Blackball: Ivan Rizzo jibbrilla fil-finali tal-Visit Malta Ranking Tournament

Ivan Rizzo ikkwalifika sabiex jilgħab fit-tim Malti tas-Seniors li se jipparteċipa fil-kampjonati dinjija tal-Blackball li se jsiru fil-belt Franċiża ta’ Albi bejn it-8 u l-15 t’Ottubru li ġej. Rizzo għeleb lil Clevion Micallef 10-4 fil-finali numru tmienja tal-Visit Malta Ranking Tournament.

Sadanittant fil-finali tal-irġiel, Wayne Pace għeleb lil Miguel Mizzi 10-7 filwaqt li fil-kategorija tal-Juniors Steven Muscat rebaħ finali missielta kontra Chaylon Castaldi 7-6.B’hekk saru magħrufa t-tliet timijiet li se jmorru fi Franza għall-kampjonati dinjija fejn fit-tim tal-irġiel insibu lil Johan Attard, Mevrick Zammit, Clint Grima, Leon Azzopardi, Owen Amato, Ryan Pisani u Dejan Grech bit-team manager Clevion Micallef.It-tim tas-Seniors se jkun magħmul minn Clint Azzopardi, Ivan Rizzo, Lee Grima, Jesmond Schembri, Stephen Mangion u Christopher Demicoli bit-team manager Ishmael Haterley.

Finalment fit-tim tal-Juniors insibu lil Chaylon Castaldi, Jake Castaldi, Matthias Debono, Nordai Desira, Steven Muscat u Nick Muscat bit-team manager Robert Attard.