Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: 33 każ ġdid pożittiv

Ikomplu jonqsu l-każi attivi

Il-każi attivi ta’ Covid-19 f’pajjiżna jkomplu jonqsu hekk kif issa dawn jammontaw għal ftit iktar minn 500… preċiżament 507 każ.

Fl-aħħar sigħat kien hemm biss 33 każ ġdid pożittiv filwaqt li fiequ 50 persuna oħra.

Dawn in-numri juru li għal jum ieħor, il-każi pożittivi ġodda baqgħu taħt il-mija, hekk kif din hija xejra li issa ilha għaddejja għal dawn l-aħħar tliet ġimgħat.

Fortunatament ma kienet rappurtata ebda fatalità, bin-numru ta’ persuni li tilfu ħajjithom kawża ta’ dan il-virus jibqa’ dak ta’ 797.