Mietu bejn 40 u 50 persuna – inklużi t-tfal — fost nirien li ħakmu knisja tal-Kristjani Kopti fil-belt ta’ Giza. It-traġedja x’aktarx li kienet dovuta għal difett fis-sistema tal-elettriku f’dik il-knisja, bin-nirien javvanzaw rapidament f’ħin meta l-knisja ta’ Abu Sifin kienet mimlija bl-eluf tad-devoti.
Il-fjammi, f’temp ta’ minuti, ħakmu lill-parti tal-knisja li tinkludi l-entratura u fejn inqalgħet rassa ta’ nies panikużi. L-awtoritajiet anki kkonfermaw l-għexieren tal-midruba waqt il-paniku u sakemm in-nirien inġiebu taħt kontroll.
Fl-agħar mumenti tal-kaos, il-gruppi tad-devoti kienu qed jippruvaw jinżlu minn taraġ fost id-disprament biex joħorġu mill-knisja u fejn bdew jaqgħu fuq xulxin b’konsegwenzi traġiċi.Jidher ukoll li ħafna devoti li kienu fil-parti t’isfel tal-knisja rnexxielhom isalvaw b’ħajjithom.
Il-President Eġizzjan, Abdel Fattah al-Sisi, wassal messaġġ ta’ kondoljanzi lill-qraba tal-vittmi waqt li l-Uffiċċju tal-Prosekutur bagħat skwadra ta’ esperti biex jagħmlu aċċess fil-knisja huma u jinvestigaw il-kaġun tan-nirien.qattiela.
//= $special ?>

