Lokali

Imut Kevin Abela – missier u fotografu tad-DOI

Is-settur tal-midja f’pajjiżna jinsab imnikket bl-aħbar tat-telfa tal-fotografu tad-DOI Kevin Abela.

Abela, li hu missier ta’ tifel, miet ilbieraħ fl-età ta’ 44 sena.

Ħaddiema f’dan is-settur jafu lil Kevin bħala bniedem ċajtier, professjonali fuq xogħlu u li f’mumenti kien iġib tbissima fuq fomm dak li jkun anki bl-aktar affarjiet sempliċi.

Kellu wkoll ħila liema bħalha fil-mod kif iġib ir-ritratt u dan jidher f’diversi ritratti li ħa f’avvenimenti pubbliċi.

F’post fuq Facebook l-Uffiċċju tad-DOI iddeskriva lil Kevin bħala ħabib leali, ċajtier u dejjem bi tbissima sinċiera bil-post ikollha għadd kbir ta’ kummenti ta’ sogħba.

https://www.facebook.com/DOImalta/posts/432623415568699

F’isem il-kamra tal-aħbarjiet ta’ Net News insellmu l-memorja tal-kollega tagħna Kevin u nwasslu l-kondoljanzi lill-qraba.