Lokali Qorti

Iwieġbu mhux ħatja ta’ vjolenza domestika

Fil-Qorti, koppja wieġbet mhux ħatja li kkaġunat vjolenza domestika fuq omm ir-raġel.

Għall-ħabta ta’ nofsinhar raġel u mara tressqu l-Qorti wara li l-Pulizija rċivew rapport mingħand mara li t-tifel tagħha u t-tfalja tiegħu attakkawha billi tawha diversi daqqiet f’rasha.

Id-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest tal-koppja iżda l-Maġistrat tal-Għassa Gabriella Vella żammet lir-raġel taħt il-kustodja tal-Pulizija. Dan għaliex l-unika indirizz li għandu huwa tar-residenza t’ommu filwaqt li għad baqa’ xiehda li huma skedati li jixhdu fuq dan il-każ.

Minn naħa l-oħra, il-Maġistrat laqghet it-talba mill-ħelsien mill-arrest tal-mara bil-Qorti tordnalha sabiex għall-ebda raġuni ma tavviċina lill-vittma u tħallas garanzija personali ta’ 5,000 ewro.