Ewropa Internazzjonali

Mara miżmuma minn passiġġier wara li ġriet lejn il-cockpit u bdiet tgħajjat “Allaħ u Akbar”

Missier ta’ tliet itfal qed jitqies bħala eroj wara li żamm passiġġiera li bil-ħwejjeġ ta’ taħt wara li għal darbtejn ippruvat tattakka cockpit ta’ ajruplan u bdiet tgħajjat ​​“Allaħ u Akbar”. Phillip O’Brien, ta’ 35 sena, żamm lill-mara u għen lill-membri tal-ekwipaġġ jżommuha u jpoġġuha fuq is-seat tagħha.

Dan seħħ fuq it-titjira tal-linja tal-ajru Jet2 li kienet fi triqitha minn Ċipru għal Manchester. Hija kienet qed tallega li kien hemm splussivi abbord u staqsiet lit-tfal tagħha li kienet magħhom jekk kinux “lesti biex imutu”. Qed jingħad li l-mara, ta’ 30 sena, qalet li l-ġenituri tagħha kienu membri tal-grupp terroristiku Isis qabel ma l-bdot iddevja it-titjira lejn Pariġi bil-mara tinżamm mill-ewkipaġġ.

O’Brien, li jaħdem fil-Management kien ħadem għal xi żmien fis-sigurtà meta kien għadu adoloxxenti, kien ma’ sitt membri tal-familja tiegħu, nklużi martu u tliet itfal ta’ bejn tmien u 14-il sena. Huwa qal: “Kollox kien normali u mbagħad ftit wara t-tlugħ mara telgħet tul il-korsija għarwiena u ħabtet mal-bieb tal-kabina tal-pilota, u bdiet tgħajjat ​​‘Allaħ u Akbar’.

“Kif tistgħu timmaġinaw kulħadd kien qed jibża’. “Tkellimt mal-istaff tal-ajruplan u għedtilhom, ‘Għaliex ma poġġejtuhiex mal-art?’. “Huma wieġbu, ‘M’aħniex kapaċi’. Jien għedtilhom, ‘Ħa nieħu l-inkarigu jien’. “Għalhekk meta l-mara reġgħet marret fid-direzzjoni tal-cockpit ħadt il-kontroll, tfajta mal-art u f’dak il-punt il-pilota għamel inżul ta’ emerġenza lejn Pariġi.”

O’Brien qal li staqsa lill-mara għaliex kienet qed tgħid affarijiet bħal dawn u hi wieġbet: “Jekk le, se jkun hemm splużjoni u kulħadd se jmut”. Jet2 qalet li t-titjira Larnaca-Manchester ġiet devjata lejn Pariġi fis-sigħat bikrin tat-Tlieta sabiex “passiġġier li kien qed jaqla’ paniku ikun jista’ jiġi evakwat”.

Community Verified icon