Internazzjonali

Salman Rushdie jitneħħa minn fuq il-ventilator

L-awtur Salman Rushdie li għandu 75 sena tneħħa minn fuq il-ventilator u issa jista’ jitkellem. Dan wara li l-Ġimgħa qala’ daqqiet f’għonqu u żaqqu ftit tal-mumenti qabel ma kellu jagħti lecture.

L-attakk seħħ f’istituzzjoni edukattiva fi New York, bil-Pulizija tal-belt qed iżżomm raġel ta’ 24 sena b’rabta mal-aggressjoni.

Is-Sibt sar magħruf li huwa qala’ 12-il daqqa ta’ sikkina fosthom f’għonqu u f’wiċċu.

L-aggressur Hadi Matar, li hu minn Fairview, New Jersey tressaq il-Qorti u wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.