Lokali

Talba biex l-istat Irlandiż jintervjeni wara li tifel Malti-Irlandiż jintbagħat lejn Malta

L-Istat Irlandiż ġie msejjaħ biex jintervjeni biex jgħin omm Irlandiża, Sarah Jane O’Brien, li binha ta’ sentejn ittieħed mill-pulizija Franċiża u ntbagħat lejn Malta. Il-pulizija Franċiża aġġixew wara li nfetħu proċeduri legali u kien ordnat li t-tifle jintbagħat lura għand il-missier.

Skont l-Irish Times, it-tifel ta’ sentejn ttieħed minn idejn ommu minn membri armati Franċiża f’Mejju. L-avukati ta’ O’Brian qalu li dak li ġara hija azzjoni inġusta u tennew li t-tifel għadu tarbija u għadu jiddependi fuq ommu.

It-tifel twieled Malta u għandu ċittadinanza Irlandiza u kif ukoll dik Maltija. Missir it-tifel huwa Malti.

F’Diċembru li għadda, iż-żewġ ġenituri u wliedhom vvjaġġaw minn Malta lejn Franza. L-omm baqgħet Franza ma’ binha wara li hi u l-missier argumentaw.

Il-missier qiegħed jgħid li dan għamlitu mingħajr il-kunsens tiegħu.

L-avukat Robert Thake, li qed jirrappreżenta lill-missier, qal li l-omm “ħarbet” mat-tifel tagħha.

Il-Qorti kienet ordnat ukoll il-projbizzjoni fuq il-pubblikazzjoni tal-isem tat-tifel jew xi dettalji li jistgħu jwasslu biex it-tifel jiġi identifikat.