Lokali

COVID: il-każijiet attivi taħt il-500

Il-każijiet attivi tal-Covid-19 niżlu taħt il-500 għall-ewwel darba mill-11 ta’ Novembru li għadda ‘l hawn.

Xahar ilu eżatt, f’pajjiżna kien hawn 7,000 każ attiv tal-virus. Illum dawn niżlu għal 477.

Fl-aħħar 24 siegħa kienu 24 il-każijiet ġodda tal-virus irrapurtati lill-awtortajiet.

Fl-istess perjodu kienu meqjusa mfejqa 56 persuna oħra.

Ma kienu rrappurtati l-ebda fatalitajiet ġodda tal-virus biex in-numru ta’ vittma kaġun tal-pandemija f’pajjiżna jibqa’ stabbli – jiġifieri 797.