Knisja Lokali

Il-Kapuċċini se jħallu l-parroċċa tal-Marsa

L-Ordni Franġiskani Minuri ser ikunu qed jgħaddu l-Parroċċa u l-Knisja Parrokkjali ta’ Marija Reġina taħt it-tmexxija tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.

Dan tħabbar fuq Facebook mill-Kumitat tal-Festa, fi ħdan din il-parroċċa Marsija.

Il-Kumitat qal li fiż-żmien li ġej huwa importanti li l-forzi kollha jingħaqdu biex it-tranżizzjoni ssir faċilment kemm jista’ jkun.

“F’isem il-Kumitat kollu nirringrazzjaw lill-Kapuċċini tas-servizz li dejjem taw lil din il-Parroċċa.”