Lokali

Iweġġa’ gravi wara li ċediet gallarija

Ritratt mill-Arkivji

Dalgħodu, għall-ħabta tas-2am, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn lassistenza fi Triq l-Imrejkba, San Pawl il-Baħar.

Il-Pulizija marru mill-ewwel fuq il-post fejn irriżulta li raġel ta’ 32 sena residenti Ħ’Attard, waqa’ minn gallarija u sofra xi ġrieħi. Jidher li r-raġel għeleb meta għal xi raġuni ċeda l-ilqugħ tal-gallarija.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna lir-raġel u ttieħed b’ambulanza l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura, fejn aktar tard kien iċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.