Sport Sport Ieħor

Malta tieħu sehem fil-Kampjonati Ewropej tal-Ġinnastika Artistika fil-Ġermanja

Il-ġinnasti stabbiliti Ella Borg u Tara Vella Clark flimkien ma’ ġinnasti żgħażagħ Philippa Busuttil u Faith Anouk Cassar Fenech mal-kowċ Nataliya Pantileeva ħadu sehem fl’ edizzjoni ta’ din is-sena tal-Kampjonati Ewropej tal-Ġinnastika Artistika fil-Ġermanja .

Mal-kontinġent fi Munich ingħaqdu wkoll Francesca Borg minn Gymstars u l-Federazzjoni Maltija tal-Ġinnastika li kienet bħala membru tal-ġurija u l-Viċi President tal-Federazzjoni Maltija tal-Ġinnastika Alexandra Borg li kienet il-kap tad-delegazzjoni Maltija.Ella Borg u Vella Clark kisbu riżultati pożittivi li permezz tagħhom Malta kkwalifikat għall-ewwel darba fl-istorja bħala pajjiż għall-Kampjonati tad-Dinja wara l-prestazzjoni ta’ Vella Clark waqt il-kwalifiki.

13-il tim u 23 ġinnasta individwali biss jistgħu jikkwalifikaw għall-Kampjonati Ewropej. Kwalifikazzjoni bħal dik miksuba, tpoġġi lil Malta fi preprazzjoni għal eventwali kwalifika għall-Logħob Olimpiku.Riżultat ieħor pożittiv inkiseb miż-żagħżugħa Philippa Busuttil li temmet fil-35 post fost 76 ġinnasta Ewropej fil-kategorija fejn tat wirjiet tajba fuq l-erba’ apparati filwaqt li Cassar Fenech tejjbet fuq l-aħħar prestazzjonijiet li kellha.