Futbol Sport

Napoli jegħlbu lil Verona barra minn darhom

Stadio Bentegodi
Verona 2-5 Napoli

Parita li fetħet b’ovazzjoni mill-partitarji taż-żewġ timijiet għal memorja tal-eks goalkeeper Claudio Garella li miet fi tmiem il-ġimgħa .Fil-passat kien rebaħ il-Kampjonat tas-Serie A kemm ma’ Napoli kif wkoll ma’ Verona.

Wara bosta azzjonijiet fuq iż-żewġ naħat, fid-29 minuta Verona fetħu l-iskor. Minn azzjoni ta’ Koray Gunter kien KEVIN LASAGNA li għeleb lil Alex Meret. Reazzjoni immedjata minn Napoli li tmien minuti wara kisbu l-gowl tad-draw. Minn pass ta’ Hirvig Lozano kien KHVICHA KVARATSKELIA li għeleb lil Lorenzo Montipo għal 1-1 .B’Napoli fuq l-offensiva fit-tielet minuta ta’ ħin miżjud meritatament marru fil-vantaġġ.Azzjoni ta’ Giovanni Di Lorenzo b’VICTOR OSIMHEN mill-ġdid għeleb lil Montipo. 2-1 fi tmiem l-ewwel taqsima.

L-andament matul it-tieni taqsima baqa’ l-istess minkejja li fit-48 minuta Verona għamlu l-iskor 2-2 permezz ta’ THOMAS HENRY minn azzjoni ta’ Davide Faraoni. Fil-55 minuta Napoli fil-vantaġġ mill-ġdid permezz ta’ KHVICHA KVARATSKELIA minn pass ta’ Piotr Zielinski. Dominju assolut minn Napoli li fil-65 minuta għamlu l-iskor 4-2 b’MARIO RUI jgħeleb lil Montipo minn azzjoni ta’ Stanisla Lobotka bl-aħħar gowl skorjat fid-79 minuta minn MATTEO POLITANO minn azzjoni ta’ Victor Osimhen għal 5-2