Knisja Lokali

Pellegrinaġġ bil-muturi f’jum Santa Marija

Il-parroċċi ta’ Ħad-Dingli u l-Imġarr dalghodu organizzaw il-ħames edizzjoni tal-Pellegrinaġġ bil-Muturi f’jum il-festa ta’ Santa Marija.

L-inizjattiva ttieħdet minn dawn iz-żewġ parroċċi dedikati lil Santa Marija, fil-jum tal-festa tal-Assunta.

Is-sewwieqa tal-muturi inġabru fuq iz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali tal-Imġarr fid-9.30 am. U l-pellegrinaġġ telaq għall-ħabta tal-10am.

Il-muturi waslu Ħad-Dingli ftit qabel il-11am, u mal-wasla tagħhom ħdejn il-Knisja Arċipretali sar it-tberik.

Dawk li hadu sehem f’din l-inizjattiva taw donazzjoni li marret għal Hospice Malta – organizzazjoni li bhalissa tinsab fl-aħħar fażi tal-proġett St Michael Hospice f’Santa Venera, li se jkun l-ewwel kumpless tax-xorta tieghu f’Malta għal pazjenti li qed jikkumbattu l-kanċer u mard ieħor.