Ir-Russja qed tgħid li se tkompli ssaħħaħ ir-relazzjonijiet bilaterali mal-Korea Ta’ Fuq.
Relazzjonijiet li skont il-President Vladimir Putin huma ‘komprensivi u kostruttivi’.
F’ittra mibgħuta lill-mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong Un f’Jum il-Liberazzjoni, Putin qal li t-tisħiħ fir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi tkun f’interess tagħhom it-tnejn.
Minn naħa tiegħu, Kim Jong Un qal li l-ħbiberija bejn il-Korea ta’ Fuq u r-Russja issudat fit-tieni gwerra dinjija bir-rebħa fuq il-Ġappun.
//= $special ?>