Lokali

Sewwieq ta’ rota jweġġa’ gravi f’inċident Bormla

Sewwieq ta’ rota sofra ġrieħi u kellu jittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura wara impatt li kellu ma’ vettura.

Il-Pulizija għadha qed tinvestiga kif seta’ seħħ dan l-inċident.

Il-kaħ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-4.15pm f’Bormla.

Mal-wasla tagħhom fi Triq Dom Mintoff, il-Pulizija sabu li raġel li kien qed isuq rota ftit qabel f’din it-triq kien sofra xi ġrieħi wara li kellu kuntatt ma’ DAF LF55 200 misjuq min raġel ieħor ta’ 67 sena mill-Qrendi.

Is-sewwieq tar-rota, residenti l-Ħamrun ittieħed l-isptar minn ambulanza u tim mediku li waslu fil-post ftit tal-ħin wara l-inċident.

Hu nstab li kien qed isofri minn ġrieħi gravi.