Internazzjonali

RENJU UNIT: wara n-nixfa kbira, issa biża’ ta’ għargħar

Ix-xita u l-maltemp li mistenni jolqot il-gżejjer Brittanniċi fis-sigħat li ġejji,n wara tmiem il-ġimgħa b’temperaturi għoljin u nirien, mistenni jkun aktar ta’ periklu milli ta’ għajnuna.

Esperti meterjoloġiċi qed ibassru maltempati fir-ragħad, madankollu wara n-nixfa kbira li laqtet l-Ingilterra fl-aħħar ġimgħat, u bit-termometru jimmarka 30 grad Celsius u aktar f’diversi zoni fl-aħħar jiem, ħafna xita taf tkun ta’ ħsara aktar milli ġid.

L-esperti qed jgħidu li l-ammont kbir ta’ xita li mistennija tinżel taf tkun kmieni wisq u f’ammonti kbar iżżejjed.

Huma qed isostnu li sabiex tkun mgħejjuna s-sitwazzjoni ta’ nixfa , l-aħjar xita tkun dik ħafifa.

Ammont kbir ta’ ilma li jinżel f’daqqa jaf jikkawża għargħar kbar hekk kif l-art ma tkunx tiflaħ tassorbi biżżejjed, bir-jkun hemm ukoll qtugħ fil-provvista tal-elettriku.